Gudja United ….. 0
Sirens …………….1
Minn Cristian Muscat
F’partita li ttrasformat ruħha fit-tieni taqsima, Sirens, kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Gudja United, bil-goal importanti jasal mill-Bulgaru Ivan Kolev fit-62 minuta li wara żewġ minuti safa mkeċċi.
Kienu proprju Sirens li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Rei Tachikawa ittanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Glenn Zammit.
Gudja wieġbu fit-23 minuta permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Samuel Da Mata Gomes li ġie ppanċjat f’sigurtá mill-goalkeeper Andrea Cassar.
Iżda żewġ minuti biss wara reġgħu kienu Sirens li ħolqu l-periklu, meta Jacob Walker xeħet cross li sab lil Rei Tachikawa, li kellu t-tentattiv tiegħu jgħaddi barra.
Fit-tieni taqsima, Gudja, ħarġu ferm aggressivi u fil-55 minuta, xutt ta’ Vito Plut, ġie mblukkat minn Andrea Da Mata kellu x-xutt tiegħu mblukkat mid-difiża Pawlina.
Sirens irrispondew fit-58 minuta meta Ivan Kolev ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Glenn Zammit li salva tajjeb biex evita goal ċert
Il-partita kompliet tisbieħ u minuta biss wara, fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, l-ewwel kien Vito Plut għall-Gudjani li kellu x-xutt fil-baxx salvat minn Andrea Cassar b’siequ, biex mir-rebound, Tatsuro Nagamatsu reġa’ sab lil Cassar attent.
Madankollu fit-62 minuta, kienu Sirens li fetħu l-iskor, meta Jacob Walker għadda tajjeb lejn Rei Tachikawa li min-naħa tiegħu serva fuq platt tal-fidda lil IVAN VASELINOV KOLEV, li minn pożizzjoni ideali ma żbaljax.
Id-drama kompliet tikber meta żewġ minuti wara, iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċew Kolev għal Sirens u Juan Ramires Bolanos għal Gudja, it-tnejn permezz ta’ karta ħamra diretta, wara xi battibekki li nqalgħu bejniethom.
Fid-69 minuta Gudja wettqu reazzjoni tajba u kienu sfortunati li ma kisbux id-draw meta x-xutt ta’ Karl Micallef stampa mal-mimduda.
L-azzjoni sussegwenti waslet fid-89 minuta minn Sirens meta Rei Tachikawa, kellu xutt mid-distanza ġie salvat minn Zammit.
Fil-ħin miżjud tkeċċa Johann Bezzina ta’ Gudja, wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit minuti.
Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 7-John Mintoff (19-Johann Bezzina 69), 8-Tasuro Nagamatsu, 9-Vito Plut, 11-Shaisen Attard (77-Nicolas Navarrete 63), 13-James Arthur, 14-Neil Anthony Micallef, 17-Karl Micallef, 39-Samuel Gomes Da Mata, 88-Farid Romero Zuniga (21-Joseph Attard 84) – Coach: Andrea Agostinelli
Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Gary Camilleri, 7-Kei Sano, 8-Rei Tachikawa, 10-Sean Cipriott (6-Marcelo Pereira Muniz 72), 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker (92-Andreas Vella 87), 21-Ayo Armah Vaikainah, 22-Alex Cini (31-Degran Jackson 78), 23-Ricardo Correa Duarte, 27-Ivan Vaselinov Kolev Coach: Winston Muscat
Referee: Emanuel Grech
Assistenti: Thomas Debono, Jareth Grima
Raba Uff.: Slawomir Olucha
Skorer: I. Vaselinov Kolev 62 (S)
Ammoniti: S. Da Mata Gomes, J. Arthur, J. Bezzina (2) (GU)
Tkeċċew: I. Kolev 64 (S), J. Ramires Bolanos 64, J. Bezzina 94 (GU)
Player tal-Logħba: Jacob Walker (S)