Saturday, October 26, 2024

Kampjonat Premier: Valletta u Hibernians itemmu fi draw ġust

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta ………..1

Hibernians ……1

F’partita pjaċevoli li għamlet reklam sabiħ lill-football Malti minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tal-ground, Valletta u Hibernians temmew fi draw ġust ta’ 1-1.

Wara staġun diżappuntanti, wieħed jista’ jgħid li Valletta anke bil-logħob li pproduċew bdew l-istaġun fuq nota pożittiva, b’Hiber­nians isibu ostaklu diffiċli kull darba li ppruvaw jinfiltraw lid-difiża avversarja. Dan mingħajr ma wieħed ineħħi xejn mill-mertu tal-Pawlisti li anke permezz tad-diversi players ta’ esperjenza li jippossjedu kellhom wirja ferm pożittiva.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara biss seba’ minuti meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, Christian Gauci minn taħt il-lasta tefa’ għoli.

Hibernians wieġbu fil-35 minuta permezz ta’ xutt bid-dawra ta’ Goznalo Llere­na minn pożizzjoni ideali li iżda ftit li xejn għamel xi forma ta’ ħsara.

Minuta biss wara, il-Pawisti kellhom ferħa bla temma meta Jurgen Degabriele approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża tal-captain ta’ Valletta, Jean Borg, xeħet fix-xibka iżda kien iġġudikat li kien f’pożizzjoni ta’ offside.

Il-Pawlist baqgħu jippressaw u fl-40 minuta,  Degab­riele kellu xutt minn tarf il-kaxxa li jgħaddi jħakkek mal-mimduda.

Valletta fetħu l-iskor fis-57 minuta meta Enmy Pena Beltre temm ġirja impressjonanti fuq il-lemin permezz ta’ cross lejn SHAUN DIMECH, li kważi minn fuq il-penalty spot spara l-ballun fix-xibka.

Iżda l-Beltin bilkemm kellhom ċans jifirħu għax erba’ minuti wara, il-Pawlisti kisbu l-goal tad-draw meta minn pożizzjoni ferm diffiċli GONZALO LLERENA spara l-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Fit-82 minuta, Hibernians, tilfu ċans tad-deheb li jiskor­jaw il-goal tar-rebħa meta Gabriel Artiles għadda lejn Llerena, li wiċċ imb’wiċċ ma’ Guarnone kellu t-tentattiv tiegħu jintemm ftit għoli.

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 3-Enzo Ruiz, 4-Jean Borg, 8-Triston Caruana, 10-Shaun Dimech (66-Eslit Sala 68), 11-Oke Akpoveta (9-Andrea Zammit 76), 14-Christian Gauci (80-Joseph Willy 83), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Steed Bradley Fewo Kamdem, 22-Brandon Paiber, 93-Kilian Bevis (80-Jean Marie Nnomo Ngong 83)   – Coach: Thane Micallef

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Gravo Llerena, 7-Thaylor Aldama (17-Gabriel Mensah 83), 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (20-Andrei Agius 58), 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Yunusa Owolabi Muritala (18-Jairo Rivero Morillas 87), 42-Ali Diakite, 88-Rodolfo Soares   – Coach: Andrea Pisanu

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Jurgen Spiteri

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: S. Dimeh 57 (V), G. Llerena 61 (H)

AMMONITI: A. Diakite, Y. O. Muritala, R. Soares (H), O. Akpoveta, E. Ruiz, C. Gauci (V)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Gonzalo Llerena (Hibs)

Sport