Birkirkara … 0
Marsaxlokk … 2
Wara żewġ telfiet konsekuttivi kontra Valletta u Mosta, rebħa kienet imperattiva għal Marsaxlokk u din waslet kontta Birkirkara, bix-Xlukkajri joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, grazzi għal doppjetta skorjata mill-Brażiljan Yuri De Jesus Messias.
Kienet partita kemmxejn nervuża bir-referee Matthew De Gabriele juri 11-il karta safra u żewħ karti ħomor … it-tnjen għall-Istripes lejn tmiem il-partita.
Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fil-21 minuta permezz ta’ free-kick insdjuż ta’ Daniele Mariani li ġie salvat f’corner b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Marasaxlokk, Marko Drobnjak.
Iżda, fis-36 minuta, kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor meta YURI DE JESUS MESSIAS dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel venven xutt minn tarf il-kaxxa, li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Marcel Zapytowsky, isalva.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu ferm aggressivi u fid-49 minuta, wara li rċieva minn free-kick insidjuż, Simon Zibo kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata mingħajr wisq diffikultá minn Drobnjak.
Huma komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti wara Paul Mbong kellu xutt kemmxejn fraġli minn tarf il-kaxxa li ġie salvat minn mal-art minn Drobnjak.
Marsxalokk wieġbu fil-81 minuta permezz ta’ freekick ta’ Leandro Aguirre li għadda ftit għoli.
Fl-84 minuta, Birkirkara qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa d-difensur Taljan u captain, Enrico Pepe, wera li rċieva t-tieni karta safra.
U fit-tentattiv li jsalvaw ir-riżultat, Birkirkara tefgħu kollox fuq l-attakk, bil-goalkeeper Zapytowski saħansitra joħroġ barra minn postu biex jgħin lil sħabu fl-attakk.
Iżda huma nqabdu fuq sieq waħada u fil-ħin miżjud, Ayo Armah Vaikanah, kellu xutt indirizzat lejn il-lasti avversarji salvat b’idu minn Ali Diakite, li kawża ta’ hekk intwera karta ħamra diretta mir-referee Matthew Degabriele, waqt li ordna wkoll penalty.
Mill-11-il metru, inkariga YURI DE JESUS MESSIAS, li ma żbaljax, biex b’hekk irreġistra doppjetta perosnali biex tella’ wkoll it-total għal sitt goals.
BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 3-Daniele Mariani (22-Matteo Gambin 73), 4-Jovan Pajovic, 5-Enrico Pepe, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit (91-Maxuell Maia 61), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (25-Neil Micallef 88), 42-Simon Zibo (20-Alex Satariano 61), 77Ali Diakite, Andrei Ciolacu – Coach: Giovanni Tedesco
MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soarex da Silva, 10-Yuri De Jesus Messias, 11-Duane Bonnici, 17-Jacob Walker (8-Jake Ghio 67), 19-Ayo Armah Vaikanah, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna, 30-Diego Pires Dall’Oca (99-Anthony Obonogwu 80), 88-Sunday Akinbule (6-Nikolai Muscat 80), 94-Jose Fernandes Junior Gomes (23-Samuel Boakye 86) – Coach: Winston Muscat
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORER: Y. De Jesus Messias 36, 92 pen (B)
AMMONITI:J. Pajovic, E. Pepe (2), E. M. Peha Beltre, S. Zibo, A. Ciolacu, A. satariano (B), D. Bonnici, J. Walker, A. A. Vaikanah, R. Sciculna (M)
TKEĊĊEW: E. Pepe 84, A. Diakite 92 (B)