Fil-Kampjonat Spanjol, Atletico Madrid għelbu lil Sevilla bi skor tennistiku ta’ 6-1.
Il-lejla bdiet biex preżentazzjoni lill-coach Diego Simeone li kiser ir-rekord ta’ Luis Aragones li mexxa lit-team għal 613-il partita.
Intant din il-goleada bdiet minn doppjetta ta’ Memphis Depay li fi spazju ta’ tliet minuti, bejn it-23 u s-26 minuti skorja doppjetta.
Iżda Youssef En-Nesyri (39) reġa’ daħħal lil Sevilla fil-partita.
Peró dak kien l-uniku goal li skorja t-team tiegħu minħabba li wara l-mistrieħ Atletico skorjaw erba’ goals mingħajr risposta.
Il-goals waslu minn Antoine Griezmann (53), Yannick Carrasco (69) u doppjetta minn Alvaro Morata (76, 92).
Ta’ min jgħid ukoll li Ivan Rakitic falla penalty fl-74 minuta għal Sevilla li kellhom lil Pape Alassane Gueye (81) imkeċċi wara li ntwera t-tieni karta safra.