Monday, January 26, 2026

Kampjonat tad-Dinja tan-snooker: Rebħiet konvinċenti għal Aaron Busuttil u Joseph Casha

Aqra wkoll

Il-Ħadd, waqt il-fażi tal-gruppi fit-tieni jum tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Federazzjoni Dinjija tas-Snooker (WSF) li qed isir f’Sofia, l-Bulgarija, erba’ minn seba’ plejers Maltin kienu fl-azzjoni. Il-plejers Maltin irreġistraw żewġ rebħiet oħra plejers meta Aaron Busuttil u Joseph Casha wettqu rebħiet faċli ta’ 3-0.

Busuttil u Casha pattew għat-telfa tagħhom fl-ewwel jum Maltin u t-tnejn li huma għalqu l-konfronti tagħhom f’anqas minn siegħa logħob. Busuttil rebaħ lil Marokkin Mostafa El Younsi bil-punteġġi ta’; 65-27, 80-17, 78-1 filwaqt li Casha għeleb lil Ingliż, Thiru Siva b’dawn l-iskors; 62-1, 65-7, 59-15. F’din il-logħba fit-tieni frame Casha wettaq break ta’ 50 punt.

Iż-żewġ plejers l-oħra li lagħbu, Brian Cini u Xavier Rizzo, kienu fuq in-naħa tat-telliefa għalkemm fl-ewwel jum, it-tnejn, kienu ħarġu rebbieħa.

Cini tilef kontra l-Ingliż, Aidan Murphy, 3-1, wara li tilef l-opportunità li jġib il-logħba f’parità, fir-raba frame. F’dan il-frame. fl-ewwel parti tiegħu. l-Ingliż fetaħ vantaġġ ta’ 40 punt (40-0) iżda Cini rnexxielu xxejjen dan id-distakk u jġib il-punteġġ fi draw ta’ 53-53. Hawn li l-avversarju ma’ laqatx maskra fuq il-kannella għal erba’ darbiet biex Cini ħa vantaġġ ta’ 16-il punt. Aktar tard l-Ingliż kien iffortunat li għamel il-boċċa l-kannella iżda reġa’ ta’ ċans lil Malti wara li mar telfa fuq il-blu. Hawn Cini falla li jagħmilha minn fuq lis-spot. Bil-konfront 74-61 favur Cini, l-Ingliż ried bilfors jippottja l-aħħar tliet boċċi kif fil-fatt għamel biex għalaq il-konfront.

Xavier Rizzo tilef kontra l-Ingliż, Marcos Dayao li mill-ewwel fetaħ sod u għalaq l-ewwel frame bi break ta’ 93 punt iżda Rizzo rebaħ it-tieni frame. Minkejja li l-Ingliż rega’ rebaħ it-tielet frame, Rizzo reġa’ wera determinazzjoni anke’ jekk fir-raba’ frame kien 52-0 minn taħt. Il-Malti xorta dawwar ir-riżultat u rebaħ il-frame biex sforza għal frame deċiżiv. Fil-ħames u l-aħħar frame l-Ingliz kien superjuri għal Rizzo u reġa wettaq break ta’ 54 punt u kompla biex għalaq il-konfront, 3-2.

Il-Tnejn, Brian Cini, Joseph Casha u Xavier Rizzo m’għandhom l-ebda logħob filwaqt li l-erba’ plejers Maltin l-oħra, fit-tielet jum ta’ kompetizzjoni, ser jilgħabu kif ġej:

09:00Grupp QAaron BusuttilvsWang Xinzhong (Ċina)
11:00Grupp XChris PeplowvsLomnaw Issarangkun Na Ayuttaya (Tajlandja)
15:00Grupp CChris CamillerivsGanzorig Soyolsuren (Mongolja)
15:00Grupp AMAlex BorgvsJoel Connolly (Irlanda ta’ Fuq)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport