MFPA telgħu fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Żejtun Red Stars meta fit-tieni impenn tagħhom fil-VMFA Kia Premier League huma għelbu lil Birkirkara St Helen 9-1.
Kif jindika l-iskor l-Malta Football Players Association iddominaw din il-logħba mill-bidu sal-aħħar bil-Karkariżi li ftit setgħu jagħmlu kontra l-qawwa tal-avversarji tagħhom.
Mark Barbara u Thomas Paris skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Manuel Sevasta, Jonathan Bondin, Stephen Wellman, William Borg u Alexander Ribic għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Trevor Cilia skorja l-uniku gowl għal Birkirkara St Helen.
F’logħba oħra li din id-darba kienet iktar bilanċjata u interessanti, Pieta’ Hotspurs u Luxol St Andrews spiċċaw fi dro ta’ 3-3.
Kienet logħba ta’ botta u risposta, biż-żewġ timijiet li tilfu l-ewwel konfront tagħhom u li issa ħadu l-ewwel punt tal-istaġun.
Pieta’ skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ Leandros Calleja, Lawrence Vella u Mario Crupi bit-tim minn St Andrews jiskorja permezz ta’ Oleg Rybin, Michael Galea u Luke Satariano.
KLASSIFIKA – VMFA Kia Premier League:
MFPA, Żejtun Red Stars 6, Gżira United, Rabat Veterans, Birkikara St Helen 3, Luxol St Andrews, Pieta’ Hotspur 1, Żurrieq Wolves 0