Saturday, October 26, 2024

Kampjonat Taljan: Jispikka d-derby Della Mole bejn Torino u Juventus

Aqra wkoll

Juventus iridu jħallu Stadio Olimpico b’rebħa sabiex jirritornaw għar-rebħ fil-kampjonat Taljan. Għadha tidwi sew fil-kurituri tal-Allianz Stadium it-telfa qarsa ta’ 2-0 li l-Bianconeri sofrew kontra AC Milan f’logħba li fi ha ddiżappuntaw ferm.

It-tim immexxi minn Massimiliano Allegri xejn mhu jikkonvinċi fejn minkejja r-ritorn ta’ Federico Chiesa, donnhom li qed isibu diffikultà kbira sabiex jsibu x-xibka avversarja. Torino mhux qed ikollhom kampjonat daqshekk ħażin u jinsabu f’nofs il-klassifika meta kisbu 11-il punt minn disa’ logħbiet. Huma m’għandhomx problemi ta’ injuries u sospensjonijiet. Juventus se jkollhom neqsin lil Marley Ake, Paul Pogba, Mattia De Sciglio u Kaio Jorge.

Napoli v Bologna

Napoli jittamaw li jkomplu għaddejjin bit-triq tar-rebħ meta fi Stadio Diego Armando Maradona jospitaw lil Bologna. I Partenopei għaddejjin minn mument tad-deheb kemm fi s-serie A Taljan kif ukoll fi l-UEFA Champions League u minn kif wieħed qed jara, għandhom ikunu protagonisti matul dan l-istaġun. Bologna jinsabu fi n-naħa t’isfel meta kisbu seba’ punti minn disa’ logħbiet. It-tim se jkun qed jilgħab b’mod difensiv quddiem l-attakkanti ferm perikolużi ta’ Napoli fi lwaqt li jużaw l-arma tal-kontrattakk. Napoli jidher li rkupraw lil Victor Osimhen għalkemm Adil Rrahmani jinsab imweġġa’. Bologna għandhom lil Carol Lydogiannis imweġġa’.

Verona v AC Milan

Iċ-champions AC Milan jibqgħu fi t-tramuntana tal-Italja sabiex jaffrontaw lil Verona fl -għaxar ġurnata tas-serie A. It-tim immexxi minn Stefano Pioli għadu ġej minn rebħa tajba ta’ 2-0 kontra Juventus sabiex baqgħu jżommu l-pass ma’ ta’ fuq. Min-naħa tagħhom, Verona xejn m’huma għaddejjin minn mument tajjeb minħabba li kisbu biss ħames punti minn disa’ logħbiet u jinsabu fi n-naħa t’isfel tal-klassifika fil-bżonn tal-punti. Id-difiża żgur li hi waħda mid-difetti tagħhom hekk kif qalgħu 17-il gowl f’disa’ logħbiet kontra d-disgħa li skorjaw.

Verona se jkollhom jgħaddu mingħajr Federico Ceccherini li jinsab sospiż fi lwaqt li AC Milan għandhom emerġenza kbira b’diversi plejers imweġġgħin fosthom Simon Kjaer, Davide Calabria, Alexis Saelemaekers, Junior Messias, Mike Maignan, Alessandro Florenzi u Zlatan ibrahimovic.

Inter v Salernitana

Inter jittamaw li jiksbu rebħa oħra din id-darba meta jilqgħu f’darhom lil Salernitana. Dawn tal-aħħar telgħin ġmielhom fi l-klassifika u ġejjin minn rebħa importanti ta’ 2-1 kontra Verona f’konfront li nistgħu nsejħulu dirett. Inter għandhom bżonn il-punti sabiex jerġgħu jmorru lura għall-ewwel erbgħa tal-klassifika. Wara sensiela ta’ telfiet, it-tim immexxi minn Simone Inzaghi ħadu r-ruħ hekk kif rebħu 2-1 għand Sassuolo. Din ir-rebħa tat nifs ġdid lin-Nerazzurri għalkemm ma solvewx il-problemi kollha. In-Nerazzurri huma favoriti li jiksbu t-tliet punti finali.

Simone Inzaghi ma jistax jinkludi lil Joaquin Correa, Marcelo Brozovic u Alex Cordaz. Salernitana għandhom lil Ivan Radovanovic sospiż filwaqt li Giulio Maggiore u Franck Ribery huma mweġġgħin.

Sport