Sunday, December 22, 2024

Kampjonati Ewropej tal-Għawm: L-Olandiża Marrit Steenbergen u t-Taljani jkomplu jibbrillaw

Aqra wkoll

Kristof Milak (Ungerija), Analia Pigree (Franza), Marrit Steenbergen (Olanda), James Wilby (Britannja) u l-irġiel Taljani fl-4x100m freestyle relay, kollha ċċelebraw titlu fir-raba’ ġurnata tal-Kampjonati Akwatiċi Ewropej f’Ruma 2022.

Marrit Steenbergen kisbet ir-raba’ midalja tad-deheb tagħha b’rebħa brillanti fil-200m freestyle.

Iż-żagħżugħa ta’ 22 sena, li aktar kmieni fil-kompetiz­zjoni rebħet il-100m freestyle kif ukoll l-4x200m freestyle u l-mixed 4x100m medley relays, spiċċat f’minuta 56.36 se­kondi.

Freya Anderson (1:56.52) tal-Britannja rebħet il-fidda u Isabel Marie Gose tal-Ġermanja (1:57.09) il-bronż.

Wara li impressjona fil-100m freestyle, fejn rebaħ il-fidda fit-tielet ġurnata, ftit iddubitaw li Kristof Milak se jassigura t-titlu fl-avveniment tradizzjonalment favorit tiegħu, il-butterfly.

L-Ungeriż jista’ ma jkunx dominanti fuq il-100m daqs id-distanza tal-200m, iżda mingħajr l-ebda Caeleb Dres­sel – l-għawwiem li għel­bu għad-deheb Olimpiku f’dan l-avveniment f’Tokjo 2020, Milak kien il-favorit assolut.

Huwa wassal prestazzjoni fenominali kif suppost, meta mess il-ħajt f’50.33 sekondi.

Noe Ponti tal-Isvizzera (50.87) kompla l-avvanz tie­għu fl-aħħar 12-il xahar meta rebaħ il-fidda mal-bronż Olim­piku f’dan l-avveniment, bil-Pollakk, Jakub Majerski (51.22), jieħu l-bronż.

Kira Toussaint tal-Olanda kienet iċ-champion renjanti, iżda kienet ftit mill-aqwa for­ma tagħha matul l-2022 u minkejja taqtiegħa qawwija ma setgħetx tirrepeti s- suċċess tagħha f’Budapest 2020.

Għalhekk fl-edizzjoni tal-2022 hemm champion ġdida b’Analia Pigree tipproduċi l-aħjar ħin personali – u rekord Franċiż – fil-ħin perfett ta’ 27.27 li kien biżżejjed biex tirbaħ l-ewwel midalja tad-deheb Ewropea.

Silvia Scalia tal-Italja (27.53) ħadet il-fidda waqt li Maaike de Waard (27.54) tal-Olanda, kisbet il-bronż.

Qabel il-finali d-deheb tal-200m breaststroke tal-irġiel kien mistenni jmur għand xi wieħed minn Matti Mattsson, Luca Pizzini jew And­rius Sidlauskas li kienu fil-lanes 3, 4 u 5.

Fl-istadji bikrija t-tellieqa dehret sejra kif imbassar, iżda ħadd ma kien qed iħares lejn lane 8 fejn iċ-champion tal-Commonwealth tal-100m breaststroke, James Wilby, kien qed jaqbad ir-ritmu fl-aħħar stadji.

Il-Britanniku Wilby spiċċa rebbieħ f’2:08.96 minuti biex kiseb l-ewwel titlu Ewropew individwali xokkanti. Il-Finlandiż, Mattsson (2:09.40) ħa l-fidda, bit-Taljan Pizzini (2:09.97) jieħu l-bronż

L-avveniment finali tar-raba’ lejla ta’ Roma 2022 kien l-4x100m freestyle relay tal-irġiel li kienet l-aħħar opportunità għall-ospiti biex iżommu l-mixja tagħhom ta’ rebħ ta’ mill-inqas titlu wieħed f’kull lejla tal-kampjonati.

Wara l-ewwel leg Maxime Grousset illidja għal Franza, iżda ġew skwalifikati. It-Taljani marru fuq quddiem u fl-aħħar leg kien ċar li se jirbħu d-deheb.

It-tellieqa għall-midalji l- oħra kienet ferm aktar ta’ battalja bl-Ungerija, il-Britannja u Spanja kollha jissieltu għal żewġ postijiet.

Kristof Milak rebaħ it-tieni midalja tiegħu tal-lejla bil-fidda, filwaqt li d-debuttant fil-kampjonati, il-Britanniku Ed Milward, għamel biżżejjed biex jaċċerta li  t-team tiegħu jieħu l-aħħar post fuq il-podju.

DAVID POPOVICI JIRBAĦ IL-200m FREESTYLE

L-għawwiem sensazzjoni Rumen, David Popovici, 17-il sena, żied it-titlu – 200m freestyle ma’ dak tal-100m meta rebaħ fil-ħin ta’ 1:42.97 qud­diem Antonio Dja­ko­vic (Sviz­­zera) li rebaħ il-midalja tal-fid­da f’1:45.60 u Felix Auboeck (Awstrija) li rebaħ il-bronż f’1:45.89.

Ekonomija

Sport