Il-captain Ingliż Harry Kane skorja darbtejn fid-debutt tiegħu fil-Bundesliga f’daru għal Bayern Munich hekk kif iċ-champions komplew bil-bidu rebbieħ tagħhom għall-istaġun tal-kampjonat.
Kane sar l-ewwel player Ingliż li skorja fl-ewwel żewġ logħbiet tiegħu fil-Bundesliga meta skorja l-ewwel wieħed personali minn penalty ftit qabel il-ħin tal-mistrieħ.
L-ex-attakkant ta’ Tottenham issiġilla ir-rebħa ta’ 3-1 fuq Augsburg wara l-mistrieħ b’goal tipiku minn tiegħu.
“Kienet logħba kbira llum,” qal Kane f’filmat fuq il-midja soċjali wara. “Li skorjat żewġ goals quddiemkom il-partitarji kien sentiment speċjali.
“Għad irid isir ħafna titjib iżda li tibda l-istaġun b’żewġ rebħiet huwa bidu tassew mill-aqwa, għalhekk grazzi tas-sapport bħal dejjem.
“Jien napprezza lil kull wieħed minnkom hemmhekk fl-istadium li jkantaw ismi, għalhekk ninsab ħerqan għall-ġimgħa d-dieħla issa … ejjew inkomplu għaddejjin.”
Wara bidu kwiet, Bayern fetħu l-iskor meta xutt ta’ Leroy Sane ħabat mal-lasta u ħabat mad-difensur Felix Uduokhai.
Ir-referee Sascha Stegemann imbagħad ordna penalty għall-handball ta’ Niklas Dorsch wara li ġie msejjaħ biex jiċċekkja l-moniter tiegħu mill-Video Assistant Referee, b’Kane jikkonverti l-ispot-kick b’faċilità kbira.
Wara l-mistrieħ Bayern dehru ferm aħjar, b’Sane iddawwar xutt mill-isbaħ fuq il-lasta, qabel ma Alphonso Davies sab lil Kane li bil-kalma kollha xeħet fix-xibka.
Is-sostitut Dion Beljo naqqas il-marġni għal Augsburg qabel ma Kane falla ċans tad-deheb biex naqas milli jirreġistra hat-trick.