Il-kantant Malti Kurt Cassar irnexxielu jasal mas-semifinalisti tal-festival Una Voce per San Marino. Din hija t-tieni sena li Cassar irnexxielu jasal sa hawn.
Minn dan il-fesrival jintagħżel ir-rebbieħ biex jirrappreżenta lil San Marino fil-Eurovision Song Contest li se jsir bejn id-9 u t-13 ta’ Mejju.
Kurt Cassar qed jikkompeti bil-kanzunetta Hurdles miktuba minn John Lundvik, Charlie Mason u Moh Denebi.
B’kollox hemm 106 semifinalista li minnhom 22 jgħaddu għal finali li se jsir is-Sibt li ġej.