Il-kantanta Ukrena u rebbieħa tal-Eurovision Song Contest tal-2016, Susana Jamaladinova tpoġġiet fil-lista Russa ta’ persuni mfittxija talli allegatament xerrdet informazzjoni falza dwar il-forzi armati tar-Russja.
Ir-Russja ta’ spiss toħroġ akkużi kontra dawk li jiżvelaw dettalji dwar l-invażjoni tal-Ukrajna li jkunu konfliġenti mal-linja uffiċjali tar-Russja.
Il-kantanta Jamala hija kritiku qawwi u b’mod apert tal-invażjoni tal-Ukranja. Hija tpoġġiet fuq il-lista ta’ nies imfittxija mir-Russja ix-xahar li għadda skont ma ingħad fis-sit Mediazona tal-organizzazjoni indipendenti Russa dwar id-drittijiet tal-bniedem.
Fost oħrajn, il-Kremlin ċaħad ir-responsabbilitta għal massakru li twettaq fi Kyiv mit-truppi Russ minkejja li kien hemm evidenza ċara ta’ dak li wettqu l-forzi Russi.
Sadanittant, Jamala li bħalissa. tinsab l-Awstralja, malli saret taf li tpoġġiet fuq il-lista Russa, poġġiet ritratt tagħha tippoża quddiem t-teatru tal-Opera f’Sydney.
Jamala, li llum għandha 40 sena, kienet flimkien mal-familja tagħha, ħarbet mill-Ukrajna mal-invażjoni Russa fi Frar tas-sena l-oħra