Sunday, October 27, 2024

Kap Eżekuttiv ġdid għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Aqra wkoll

Tonio Mallia huwa l-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, wara Cynthia de Giorgio li mexxiet il-maniġment tal-Fondazzjoni mill-2004. Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann irringrazzjat lis-Sinjura de Giorgio għax-xogħol tagħha lejn il-konservazzjoni ta’ dan il-monument nazzjonali għall-istat oriġinal.

Is-Sur Mallia, serva bħala Direttur għall-Procurement u l-Kuntratti, fl-Università ta’ Malta bejn l-2010 u l-2021, u Direttur tal-Immaniġjar tal-Materjali u Loġistika fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Boffa, u serva bħala Konsulent fil-qasam tal-Iżvilupp tas-Suq għal diversi organizzazzjonijiet, fost irwoli oħra fin-Nursing, fil-qasam tas-Saħħa, u l-Kura tal-Anzjani.

Hu assuma l-funzjonijiet fuq bażi regolari fl-uffiċċji tal-Fondazzjoni fil-Belt Valletta nhar l-1 ta’ April 2022.

Sport