Thursday, December 26, 2024

Kap ta’ gang mill-Haiti jhedded li joqtol lill-missjunarji Amerikani ostaġġi jekk ma jingħatax dak li jrid

Aqra wkoll

Raġel mill-Haiti, li identifika lilu nnifsu bħala l-kap tal-gang li ħataf lill-grupp ta’ missjunarji Amerikani u Kanadiżi, qal li huwa lest li joqtol “lil dawn l-Amerikani” jekk ma jingħatax dak li qiegħed jitlob. Dan ir-raġel għadda dan il-messaġġ permezz ta’ filmat fuq youtube. 

Allegatament il-persuna f’dan il-filmat hu magħruf bil-laqam ta’ Lamo Sanjou u hu mifhum li huwa l-kap tal-gang 300 Mawozo li skont l-awtoritjaiet kienu wara l-ħtif ta’ dawn il-missjunarji. B’kollox kien hemm 16-il Amerikan u Kanadiż – fosthom ħamest itfal – li kienu fuq vjaġġ missjunarju organizzat mill-għaqda Christian Aid Ministries li hija bbażata f’Ohio. 

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet li hija ma setgħex tivverifika b’mod indipendenti l-awtentiċità ta’ dan il-filmat. Il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Haiti Liszt Qutel, meta tkellem ma’ Reuters iktar kmieni din il-ġimgħa, qal li dan il-gang qed jitlob is-somma ta’ $1 miljun għal kull persuna maħtufa biex dawn jinħelsu. 

Ekonomija

Sport