Sunday, December 22, 2024

Kap tad-difiża Ukrena jiddikjara li l-gwerra Russo-Ukrajna tinsab f’fażi ta’ “staġnar”

Aqra wkoll

Il-ġlied fl-Ukrajna bħalissa għaddej minn fażi ta’ “staġnar” għaliex kemm l-Ukrajna kif ukoll ir-Russja mhux jirnexxilhom jagħmlu avvanzi sinjifikanti. Dan iddikjarah il-Kap tad-difiża Ukrena, Kyrylo Bundanov, f’intervista li kellu mal-midja Ingliża BBC.

Budanov kompla jispjega li r-Russja issa donnha daħlet fi sqaq li ma tistax toħroġ minnu fejn qed issofri telf sinjifikanti ħafna. Però, min-naħa l-oħra, il-forzi Ukreni wkoll għandhom nuqqas ta’ riżorsi li qed ixekkluhom milli jkomplu javvanzaw fil-battalja tagħhom f’għadd ta’ żoni.

Budanov ċaħad l-attivitajiet tar-Russja fil-Belarussja, inkluż il-moviment ta’ eluf ta’ truppi, bħala tentattivi biex l-Ukrajna tiddevja lit-truppi mill-kampijiet tal-battalja fin-Nofsinhar u l-Lvant lejn it-Tramuntana.

Għalkemm il-gwerra Russo-Ukrajna jista’ jkun li bħalissa għaddejja minn fażi ta’ “staġnar”, Budanov jemmen bis-sħiħ li l-Ukrajna fl-aħħar mill-aħħar se tieħu mill-ġdid it-territorju kollu li preżentament jinsab taħt okkupazzjoni, inkluż il-Krimea — il-peniżola li r-Russja ħatfet taħt idejha fl-2014.

L-intervista saret jiem wara li l-President Russu, Vladimir Putin, ivvjaġġa lejn il-kapitali tal-Belarussja, Minsk, għall-ewwel darba f’aktar minn tliet snin.

Ekonomija

Sport