Saturday, December 21, 2024

“Kap tal-Oppożizzjoni li kliemu jixhed diskors ta’ politiku cheap li jrid jinstiga l-inkwiet”- Il-PL

Aqra wkoll

“Dalgħodu erġajna assistejna għal Kap tal-Oppożizzjoni li m’għandu xejn x’joffri għall-futur tal-pajjiż. Kap tal-Oppożizzjoni li jrid jieħu l-pajjiż lura u mhux ‘il quddiem. Kap tal-Oppożizzjoni li kliemu jixhed diskors ta’ politiku cheap li jrid jinstiga l-inkwiet u jifred lill-poplu Malti u Għawdxi. Kap tal-Oppożizzjoni provokattiv u għalhekk ħadd m’għandu jaqa’ għan-nassa tiegħu.”

Dan qalitu l-Partit Laburista fi stqarrija fejn kompliet tgħid li dan apparti l-gideb fost l-għajjat u l-isteriżmu. Il-Partit qal ukoll li kontra dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni mmexxi mill-establishment, Robert Abela kien l-ewwel wieħed li talab li tiġi ppubblikata l-inkjesta mill-Avukat Ġenerali, ferm qabel il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fl-istess stqarrija ingħad ukoll; “Fuq kollox id-diskors ta’ Bernard Grech dwar Robert Abela hu diskors fieragħ li jġibuh fix-xejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, fosthom, iżda mhux biss, ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li kienu ċari dwar it-tmexxija retta ta’ Robert Abela”

Ekonomija

Sport