Sunday, December 22, 2024

Kappillan għall-Qorti mixli b’misapproprjazzjoni ta’ fondi u ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Il‑Kappillan ta’ Marsaxlokk, Fr Luke Seguna se jaffaċċja akkużi marbuta ma’ misapproprjazzjoni ta’ fondi u ħasil ta’ flus għall-ħabta tal-11:30 a.m. 

Fi stqarrija maħruġa mill-Kurja ntqal li s‑saċerdot tpoġġa fuq administrative leave b’effett immedjat sakemm jibqgħu għaddejjin il‑proċeduri. 

Il‑parroċċa se tkun taħt it‑tmexxija ta’ amministratur maħtur mill‑Arċisqof Charles Scicluna. 

Il-Kurja qalet ukoll li offriet il‑koperazzjoni sħiħa tagħha lill‑awtoritajiet u se tfittex li tistabbilixxi jekk il‑kappillan mexiex ma’ policies dwar donazzjonijiet li huma diġà stabbiliti.

Minħabba li għaddejjin proċeduri, il-Kurja qalet li mhux se tikkummenta dwar dan il‑każ u tappella lill‑media biex tirrispetta l‑preżunzjoni tal‑innoċenza sabiex il‑ġustizzja tieħu l‑kors sħiħ u xieraq. 

Ekonomija

Sport