Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun iħabbar li ħatar lis-Sur Saviour Spiteri bħala l-konsulent tal-banda. Is-Sur Spiteri jokupa din l-istess kariga ma’ ħmistax- il Soċjeta Mużikali oħra madwar pajjiżna.
Fosthom l-L-Għaqda Mużikali San Gejtanu Ħamrun, Soċjeta Filarmonika Santa Venera, Soċjeta Filarmonika Maria Mater Grazie Żabbar, Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar ,Għaqda Mużikali San Andrija Luqa, Soċjeta Filarmonika Santa Marija Mosta, Għaqda Mużikali Mount Carmel Gzira, Banda San Paul Ħal-Safi, Għaqda Mużikali u Soċjali Kristu Sultan Banda Paola, Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġia, Banda Stella Maris Sliema, Filarmonika Marija Annunzjata Balzan, Soċjeta Mużikali Vilhena Floriana, Soċjeta Filarmonika Fra Antoine De Paule Paola u Filarmonika Sagra Familja Kalkara.
Huwa ukoll il-fundatur ta’ erba’ gruppi mużikali oħra, il-Grupp Mużika Trinita Qaddisa, Festa Banda, Brass Vibes u Big Friends Guggen Musik Malta.
L-ewwel impenn li ħa jkollu Saviour Spiteri mal-banda tagħna hija is-sitt mawra barra minn xtutna li ħa jkollha l-banda ġewwa l-Italja. Il-Banda ġiet mistiedna bejn is-6 u l-11 ta’ Diċembru fejn ħa żżur il-villaġġ ta’ Carpineto għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, bl-ewwel impenn tal-banda ikun fil- knisja ta’ Santa Maria del Popolo, fejn ser ikollna Kunċert Mużiko-Letterarju. Il-banda ser takkumpanja l-Kwadru titulari waqt il-purċissjoni. Il-Banda ukoll ħa żżur l-Belt Qaddisa tal-Vatikan fejn ser ikollna Udjenza mal-Papa Ljun XIV.
Saviour għandu esperjenza vasta fejn jidħol safar bil-baned u din tagħna hija 39 waħda. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom żewġ t-itfal, Kyle li huwa mużiċist u Cherise rebbieħa ta’ Miss Malta 2024.
Il-Kumitat fiduċjuż li bil-kariga ta’ Saviour fil-banda tagħna ħa nkomplu nibnu fuq dak li ġie akkiwstat fil-passat u nkomplu ngħollu aktar il-livell Mużikali mhux biss fil-banda imma ukoll fil-festa tagħna.

