Friday, October 4, 2024

Karim Adeyemi fir-radar ta’ Liverpol

Aqra wkoll

Il-winger internazzjonali Ġermaniż Karim Adeyemi qed jinteressa mhux ftit lil Liverpool li qed ifittxu li jsibu plejer sostitut għal Mohamed Salah li mistenni jitlaq minn Anfield Road fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Adeyemi jilgħab ma’ Borussia Dortmund fejn mill-2022 ‘l hawn deher 50 darba u skorja gowl wieħed biss. Hu għandu wkoll esperjenza ma’ Red Bull Salzburg u Liefering u qed jiġi inkluż fit-tim nazzjonali Ġermaniż.

Il-kowċ ta’ Liverpool Arne Slot jogħġbu ħafna l-istil ta’ dan il-plejer u jixtiequ miegħu fil-futur mhux ‘il bogħod.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport