Thursday, January 16, 2025

Karim Adeyemi segwit minn Napoli

Aqra wkoll

Hekk kif Kvicha Kvaratskhelia ħalla lil Napoli u ngħaqad ma’ Paris St Germain, i Partenopei qed ifittxu plejer minfloku.

Ħafna qed isemmu lil Alejandro Garnacho li l-kowċ Antonio Conte tant iridu iżda fl-aħħar sigħat hemm imħejji pjan B u dan hu Karim Adeyemi ta’ Borussia Dortmund.

Dan il-plejer għandu 22 sena u jekk ma jasalx Garnacho, id-diriġenti Naplitani lesti li jmorru għalih. Adeyemi hu meqjus bħala plejer versatili hekk kif apparti attakkant, kapaċi jaqdi r-rwol ta’ winger.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport