L-attakkant ta’ Real Madrid, Karim Benzema, ġie magħżul il-Player tas-Sena tal-UEFA Champions League bl-internazzjonali Franċiż, 34 sena, jirbaħ dan l-unur għall-ħames darba hekk kif Real għelbu lil Liverpool 1-0 fil-finali.
Il-kollega tiegħu, il-Brażiljan Vinicius Junior, li skorja l-uniku goal fil-finali, ġie magħżul il-Player Żagħżugħ tas-Sena.
Dawn iż-żewġ players ingħaqdu mal-goalkeeper, Thibaut Courtois, u l-midfielder, Luka Modric, fit-team tas-sena ta’ din il-kompetizzjoni.
Il-players l-oħra huma: Trent Alexander-Arnold, Andy Robertson, Virgil van Dijk u Fabinho (Liverpool), Antonio Rudiger (Chelsea), Kevin De Bruyne (Manchester City) u Kylian Mbappe (Paris St-Germain).