L-attakkant ta’ Real Madrid Karim Benzema ammetta li għadu joħlom li xi darba jirbaħ il-Ballun tad-Deheb.
L-internazzjonali ta’ Franza kompla juri l-valur tiegħu lil Los Blancos fl-età ta’ 33 sena, u beda l-istaġun 2021-22 fil-La Liga b’ħames goals u erba’ assists f’erba’ logħbiet.
Madankollu, l-aħjar pjazzament ta’ Benzema fil-votazzjoni tal-Ballun tad-Deheb rah jispiċċa fis-16-il post fl-2014, u l-attakkant afferma li għadu qed joħlom li jirbaħ dan it-trofew.
L-ex player ta’ Lyon skorja ammont totali ta’ 284 goal u 148 assist minn 563 logħba bil-flokk ta’ Real Madrid, fejn rebaħ erba’ Champions Leagues u tliet titli tal-La Liga matul l-aħħar 12-il sena.