Monday, November 4, 2024

Karim Benzema se jissejjaħ fl-iskwadra Franċiża għall-finali tat-Tazza tad-Dinja?

Aqra wkoll

Wara li Franza kkwalifikat għall-finali tat-Tazza tad-Dinja, waħda mill-mistoqsi­jiet li saret lil Didier Deschamps waqt il-konferenza stampa ta’ wara s-semi-finali kienet jekk Karim Benzema hux se jissejjaħ lura biex jifforma parti mit-team li se jiffaċċja lill-Arġentina. 

Ta’ min isemm li Benzema, li għadu kif rebħa il-Ballun tad-Deheb, kellu l-isfortuna li jabbanduna din l-ikbar manifestazzjoni sportiva minħabba li tlett ijiem qabel ma beda dan it-tournament sofra tiċrita żgħira fil-muskolu tal-koxxa. 

Huwa ntbagħat id-dar għar-rijabilitazzjoni peró l-coach Franċiż ma għażilx sostitut fil-post tiegħu u għaldaqstant teżisti possibbiltá li dan il-player ta’ 34 sena jkun fl-iskwadra, nhar il-Ħadd li ġej. 

Meta ġie mistoqsi jekk hux Benzema se jissejjaħ lura fl-iskwadra, Deschamps qal:

“Meta sfortunatament Benzema ntbagħat lura Franza biex issirlu r-rijabilitazzjoni meħtieġa, ma kellix għalfejn insejjaħ lill-ebda player minfloku għax l-iskwadra tagħna hija komposta minn players straordinarji u ta’ kwalitá.

“Peró ma nistax inwieġeb jekk Benzema hux se jissejjaħ lura fl-iskwadra. Jiddispjaċini ….”  

Sport