Friday, November 15, 2024

Karim Benzema u Alexia Putellas rebbieħa tal-ballun tad-deheb

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Real Madrid, Karim Benzema, rebaħ il-Ballun tad-Deheb għall-2022.

Dan l-attakkant ta’ 34 sena, fl-istaġun li għadda kien l-ispirazzjoni ewlenija ta’ Real Madrid biex għenhom jirbħu l-UEFA Champions League u l-kampjonat Spanjol fejn kien ukoll l-aqwa skorer taż-żewġ kompetizzjonijiet … b’27 gowl fi Spanja u 15 fl-Ewropa.

Dan ifisser li huwa sarit-tieni plejer li rebaħ dan it-trofew mill-2007 mhux bl-isem ta’ Lionel Messi u Cristiano Ronaldo li ddominaw dan l-unur … bl-ieħor ikun Luka Modric, fl-2018.

B’hekk Benzema għeleb l-isfida ta’ Sadio Mane (Liverpool), Robert Lewandowski (Bayern Munich) u Kylian Mbappe (Paris St Germain).

Intant, il-midfielder ta’ Barcelona as rebħet il-Ballun tad-Deheb tan-Nisa għat-tieni sena konsekuttiva.

Il-plejer internazzjonali Spanjola rebaħ it-trofew fl-2021 u saret l-ewwel plejer femminili li rebħet il-Ballun tad-Deheb darbtejn konsekuttivi mill-bidu tal-premju fl-2018.

L-istaġun 2021-22 ta’ Putellas raha tirreġistra 18-il gowl u 15-il assist f’26 partita tal-Primera Division, fejn għenet lil Barcelona Women itemmu staġun perfett ta’ 30 rebħa minn 30 biex finalment rebħu t-titlu.

Dan sabiex l-unur tal-aqwa plejer ta’ taħt il-21 sena għall-2022 intrebaħ mill-midfielder ta’ Barcelona Gavi. Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena rċieva l-premju wara staġun eċċellenti fl-2021/22 li fih sar plejer regolari fil-midfield tal-Blaugrana.

Huwa kien ingħaqad ma’ Barcelona biex jingħaqad mat-timijiet taż-żgħażagħ, iżda malajr it-talent u l-karattru tiegħu wassluh għall-ewwel tim fejn il-Kopa Trophy ta’ dan l-istaġun huwa rikonoxximent tal-wasla tiegħu fost l-elite tal-futbol fid-dinja.

Ekonomija

Sport