Saturday, September 14, 2024

Karkariż jindarab serjament wara li ntlaqat minn vettura f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel indarab serjament wara li aktar kmieni għall-ħbta tal-5:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Wignacourt kantuniera ma’ Triq Salvu Psaila f’Birkirkara.

Minn investigazzjoni li saru rriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti Birkirkara kien sofra ġrieħi wara li ntlaqat minn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Birkirkara. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport