Friday, December 27, 2024

Karl Cilia maħtur Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma 

Aqra wkoll

Karl Cilia ġie maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’effett mill-25 ta’ Lulju. Huwa se je jieħu post is-Sur Ivan Falzon. 

Is-Sur Cilia huwa ggradwat fl-informatika, t-teknoloġija u l-maniġment, b’esperjenza fis-settur privat u fis-settur pubbliku. Matul l-karriera tiegħu, huwa ħadem mal-kumpanija multinazzjonali IBM. Speċjalizza fil-qasam tal-Utilities u kien strumentali għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-ismart metering tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Enemalta. 

F’dawn l-ahhar snin huwa serva fil-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv risponsabbli mill-operat tal-Enemalta. 

Filwaqt li tirringrazzja lis-sur Ivan Falzon tal-ħidma sfieqa matul dawn is-sentejn, il-Korporazzjoni tawgura suċċess lis-sur Cilia fil-kariga l-ġdida tiegħu. 

Ekonomija

Sport