Tuesday, March 11, 2025

Karl Rizzo Naudi …fiżjoterapista bi speċjalizzazzjoni fl-isport

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif iddeċidejt li ssir fiżjoterapista?

Meta kont iżgħar kont nipparteċipa f’bosta sports sakemm għażilt li niffoka fuq il-waterpolo u minħabba n-natura ta’ din it-trobbija, kemm-il darba kelli bżonn immur għall-fiżjoterapija. Kont dejjem nibqa’ mpressjonat kif il-ġisem uman huwa kapaċi jitranġa b’kura mmirata. 

U li tispeċjalizza flisport?

Bħalma għidt qabel, minn dejjem kont sportiv, u kont involut speċjalment fix-xena lokali tal-waterpolo.  Barra minn hekk, kelli x-xorti li nitrabba ġo skola fejn l-isports kellu ħafna importanza u missieri kien tabib tat-tim nazzjonal tal-waterpolo u involut mal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru f’Malta fl-1993. L-ambjent sportiv kbirt fih u trawwwimt fih. 

Kemm huwa importanti x xogħol ta’ fiżjoterapista biex jipprevjeni injuries flisport?

Infatti ħafna min-nies jaħsbu li xogħol fiżjoterapista huwa dak li jfejjaq mill-uġigħ / kundizzjoni li wasslu lill-atleta jfittex is-servizzi tagħna, mentri hawn ftit nies li  jafu kif xogħolna jibda minn qabel billi, wara eżami dettaljat, u diskussjoni mal-pazjenti, kowċis u kollegi identifikati, naħdmu id f’id biex nimminimizzzaw il-possibilita ta’ injuries li jwasslu lill-atleta jibqa’ ‘l bogħod mill-isports li hu ddedikat għalih. L-akbar sodisfazzjon li jista’ jkolli huwa li jiġu atleti li qabel kien ikollhom problemi rikorrenti u b’dan il-mod li għadni kif semmejt, din il-problema ma tibqax ittellef lill-pazjent.

Kif tqis il-mentalitá talisport f’pajjiżna u kif rajtha tinbidel matul is snin?

Saru avvanzi kbar f’dan l-aspett. Saħansitra llum għandna skejjel speċjalizzati fl-edukazjoni sportiva, imma nemmen li għad fadal fejn intejjbu. Nixtieq nara l-isport jimxi lejn ambjent professjonali u ma jibqax attivita amatorjali. Għad fadal ħafna biex l-atleti jkunu jistgħu jgħixu u jrabbu familja mill-isport. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq isir fiżjoterapista bi speċjalizzazzjoni fl-isport.

Kull min għandu xewqa li jirnexxielu f’dan is-settur irid ikun motivat biex ikompli dejjem jistudja u jitħarreġ għax l-avvanzi fl-istudji tal-kura dejjem jinbidlu u jimxu ‘l quddiem; ma tistax tiggradwa u tieqaf hemm, trid iżżomm ruħek kontinwament aġġornat. Importanti wkoll is-sapport tal-familja peressli dan ix-xogħol jirrikjedi tul ta’ żmien barra minn Malta mat-timijiet, kemm “pitch side” kif ukoll fi klinika. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport