L-appelli tal-familja ta’ Karmenu Fino komplew fuq il-midja soċjali. F’appell fl-aħħar sigħat intqal li Karmenu għandu d-dimensja u mhux kapaċi jitkellem ħlief li jwieġeb No.1 għal kull ħaġa li jiġi mistoqsi.
Karmenu Fino, raġel ta’ 83 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija fit-28 ta’ Ġunju. Fi stqarrija maħruġa il-Pulizija qalet li huwa deher l-aħħar aktar kmieni llum fl-akwati ta’ Ħal Luqa.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.