Monday, December 9, 2024

Karmenu Mifsud Bonnici kien l-aqwa difersur tad-demokrazija f’Malta

Aqra wkoll

Karmenu Mifsud Bonnici kien l-aqwa difensur tad-demokrazija f’Malta. Bħala Prim Ministru kien naqqax fil-Kostituzzjoni ta’ Malta il-prinċipju li dak il-partit li jikseb maġġoranza ta’ voti jiggverna lil Malta. Fl-ebda pajjiż ma saru l-emendi fil-Kostituzzjoni biex jiġi żgurat bħalma sar fl-1986 ftit xhur qabel l-elezzjoni meta Karmenu kien Prim Ministru. Karmenu ma qiesx l-interessi tiegħu jew tal-Partit fil-Gvern, iżda għażel li jħares id-demokrazija. Bil-ħila tiegħu ir-rappreżentanti kollha tal-poplu fil-Parlament aċċettaw li jħaddnu il-politika ta’ newtralità li tant għożż tul ħajtu.”

Dan qalu Joe Borg, li għadu kemm ippubblika 24 rakkont minn kontemporanji ta’ Karmenu Mifsud Bonnici fil-ktieb KARMENU: IL-VERITȦ, XEJN ANQAS MILL-VERITȦ, meta grupp żgħir ta’ ħbieb żaru l-qabar tal-ex Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata biex jiftakru fih b’ħajr u b’rispett lejlet it-tieni sena mill-mewt tiegħu. Joe Borg, qal li l-ħidma politika ta’ Karmenu Mifsud Bonnici ġiet sottoestimata mis-soċjetà. Anzi ħafna drabi ġiet imnessija u anke miżinterpretata.

Joe Borg qal li huwa d-dmir tas-soċjetà tagħna li tagħraf l-impenn ta’ dan il-politiku biex ikollna soċjetà li tħenn, li tagħder, li tgħin lil dawk li ma kellhomx vuċi, Għalih il-protagonisti tal-politika kienu n-nies komuni li kien jiħtiġilhom ix-xogħol biex jghixu huma u l-familji tagħhom. Kellu sens ta’ ġustizzja soċjali kbira bħal meta illeġisla favur edukazzjoni bla ħlas fl-iskejjel tal-Knisja. Karmenu kien l-Avukat tal-ħaddiema u fl-1969 oppona b’qawwa liġi li titfa’ l-ħabs lil min jistrajkja b’solidarjetà ma’ ħaddiema oħra.

Fost dawk li attendew kien hemm l-ex Prim Ministri Alfred Sant u Joseph Muscat u l-ex Membru Parlamentari Laburista Salvu Sant u Leonid Mckay, CEO tal-Partit Laburista.

Ekonomija

Sport