40 persuna jitilfu ħajjithom wara li karozza tal-linja waqgħet f’wied qalb l-irdum fil-Pakistan.
L-inċident fir-reġjun ta’ Lasbela, fin-Nofsinhar tal-pajjiż.
Abbord fuq il-karozza tal-linja kien hemm 48 passiġġier u l-Assistent Kummissarju ta’ Lasbela.
Huwa mifhmum illi l-inċident seħħ kawża ta’ veloċità qawwija u kienet qegħda tivvjaġġa minn Quetta, il-kapitali ta’ Balochistan għall-belt ta’ Karachi fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Il-Ministru tar-reġjun wera s-sogħba tiegħu u ordna lill-awtoritajiet biex jipprovdu l-aqwa kura medika lill-midruba.