Thursday, August 21, 2025

Karozza tibqa’ dieħla f’karozza tal-Linja f’Tas-Sliema… żewġ persuni l-Isptar

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.30am meta l-Pulizija ġew informati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq it-Torri Tas-Sliema. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li sewwieq ta’ karozza li għandu 36 sena residenti Tas-Sliema tilef il-kontroll, qasam il-linja u baqa’ dieħel f’karozza tal-Linja.

Fuq l-istess karozza tal-Linja li kienet misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Birżebbuġa kien hemm passiġġier ta’ 56 sena minn Tas-Sliema li sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-karozza l-Isptar u anke lill-passiġġier. Filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief, il-kundizzjoni tal-passiġġier s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport