Kien għall-ħabta tal-11.30am karozza ħadet in-nar fid-daħal tal-mini ta’ Paceville.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li s-sewwieq irnexxielu joħroġ waħdu mill-karozza però mhux magħruf jekk sofriex xi ġrieħi.
Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li mill-ewwel ikkontrollaw in-nirien.
Il-Pulizija tad-Distrett qegħdin jinvestigaw il-każ.