Wednesday, October 9, 2024

Karozza tinqered kompletament minn nirien f’Marsalforn

Aqra wkoll

Sewwieq u passiġġiera jistgħu jgħodduha b’waħda wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kienu involuti f’inċident li seħħ fi Triq il-Qbajjar f’Marsalforn.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Skoda Superb meta għal xi raġuni din spiċċat inħakmet minn nirien.

Fuq il-post issejħu minnufih il-pumpiera li kkontrollaw in-nirien, iżda sfortunatament il-karozza inqerdet kompletament.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport