Friday, December 13, 2024

Karozzi lussużi jegħrqu mal-vapur li kien qed iġorrhom ġimagħtejn wara li ħa n-nar

Aqra wkoll

Vapur tal-merkanzija li kien qed iġorr eluf ta’ karozzi lussużi għereq ‘l barra mill-gżejjer tal-Azores fl-arċipelagu Portugiż kważi ġimagħtejn wara li ħa n-nar.

Il-bastiment, Felicity Ace, li kien qed iġorr fuqu madwar 4,000 karozza bħal Porsches, Bentleys, Lamborghinis u Audi kien qed ibaħħar lejn Rhode Island fl-Istati Uniti mill-port Ġermaniż ta’ Emden meta nħakem min-nirien fis-16 ta’ Frar li għadda. Fortunatament il-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ  ġew evakwati meta qabad in-nar.

Joao Mendes Cabecas, il-kap tal-eqreb port fil-gżira ta’ Faial, qal ma’ Reuters li s’issa ma ġiet irrappurtata ebda tnixxija taż-żejt iżda qal li kien hemm biża’ li t-tankijiet tal-fjuwil tal-bastiment jista tiġrilhom ħsara waqt li l-bastiment jinsab fil-qiegħ tal-Atlantiku f’ fond ta’ madwar 3,500 metru (2.17 mil).

Kelliemi għan-Navy tal-Portugall qal li ħadd ma weġġgħa min-nirien u li t-22 membru tal-ekwipaġġ ittieħdu f’lukanda wara li l-flotta navali, erba’ bastimenti merkantili li kienu qed ibaħħru fiż-żona u l-Forza tal-Ajru Portugiża temmew l-evakwazzjoni.

Il-kumpanija Volkswagen qalet li l-ħsara lill-vetturi kienet koperta minn assigurazzjoni li tista’ tiswa madwar $155m (£116m) skont Reuters.

Bentley ikkonfermat li 189 mill-karozzi tagħha kienu abbord il-vapur u Porsche qalet li kellha madwar 1,100 mill-mudelli tagħha abbord.

Ekonomija

Sport