Fi Trapani. Pantelleria. Marsala. Makari f’San Vito Lo Capo. Tropea fil-Kalabrija. Fiċ-Ċirkewwa u f’Fomm ir-Riħ f’Malta. Kollha bajjiet fuq il-Mediterran. Fl-aħħar jiem għaddew minn xi ħaġa li hi komuni għalihom. Kollha esperjenzaw katavri fuq ix-xtajtiet.

Għalkemm f’ħafna każi l-katavri kienu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, kollox jindika li fil-parti l-kbira tal-każi dawn kienu katavri ta’ immigranti, li kienu qegħdin jagħmlu l-vjaġġ ta’ tama u li dan spiċċa ħażin. Katavri li spiċċaw mgħarrqin fil-Mediterran fil-jiem ta’ qabel il-maltemp li ħakem il-Mediterran. Hu kkalkulat li fil-jiem ta’ qabel u waqt li seħħ iċ-ċiklu Harry, bejn 400 u 1,000 persuna tilfu ħajjithom fil-Mediterran.

Jekk nieħdu ix-xahar ta’ Jannar naraw li kien hemm 1,292 persuna li ġew interċettati mill-Libjani, 200 persona salvati minn għaqdiet non governattivi, 113 spiċċaw mietu u xejn inqas minn 1,000 persona mhux magħruf x’ġara minnhom.
U waqt li jseħħ l-Unjoni Ewropea li hi bbażata fuq is-solidarjetà…fuq id-drittijiet umani….tibqa’ siekta u indifferenti għal dawn l-imwiet.

