Friday, November 15, 2024

Katavru ta’ kelb jintlemaħ fi xtutna fi stadju avvanzat ta’ dekompożizzjoni

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ġie rrapurtat li nhar il-Ħadd li għadda ntlemaħ katavru ta’ kelb marbut ma’ trolley ta’ supermarket, fil-baħar, lejn l-inħawi Ta’ Ċenċ. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali tella’ filmat fejn deher li l-katavru kien diġà fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. 

Bla dubju ta’ xejn dan il-filmat qajjem rabja kbira. Ħafna nies ikkumentaw dwar din ix-xena tassew makabra li kif taraha taqsamlek qalbek. Kienu bosta dawk li sostnew illi għandu jkun hawn infurzar fil-liġi għaliex inkella l-moħqrija fuq l-annimali qatt mhu ser tieqaf.

Intant, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali appella biex jekk xi ħadd jilmaħ dan il-katavru jċempel fuq 119 jew 21224001 minnufih, filwaqt li dawk l-individwi li għandhom xi informazzjoni dwar min seta’ wettaq din il-moħqrija, għandu jikkuntattja lill-Kummmissarju għall-Ħarsien tal-Annimali fuq 22928618.

Ekonomija

Sport