Il-katekist ta’ 58 sena jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan wara li f’Lulju ta’ din is-sena, tressaq il-Qorti mixli li ġie mixli li uża profili foloz fuq Facebook biex jagħti fastidju lil xi subien.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-imputat għamel kuntatt ma’ 80 tifel permezz ta’ profili foloz fuq il-midja soċjali. Jirriżulta li huwa kien kkonvinċa tmien subiex sabiex jibagħtulu ritratti tagħhom għarwenin.
Camilleri jinsab mixli li abbuża minn tifel ta’ 13-il sena meta talbu favuri sesswali, u ssottomettieh għal atti sesswali. Ma’ dan jinsab akkużat li kien fil-pussess ta’ pornografija tat-tfal. Għal dawn l-akkużi huwa qed iwieġeb mhux ħati.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest illum fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000. Huwa ma jistax joħroġ minn daru mal-lejl u jrid jiffirma l-għassa kuljum.