Sunday, June 8, 2025

Kathryn Fenech u Mikhail Mallia jirbħu l-Gold Cup tal-Malta Bowling Association

Aqra wkoll

Kathryn Fenech u Mikhail Mallia ħarġu rebbieħa tal-Gold Cup MBA tal-2025, wara li r-rawnd ta’ kwalifikazzjoni nhar is-Sibt ġie segwit mill-finali nhar il-Ħadd.

Mikhail Mallia kien fl-ewwel post  wara l-kwalifikazzjoni fuq tmien logħbiet, quddiem Shawn Montanaro u Alan Ciantar.

Wara li tilef il-vantaġġ wara t-tielet logħba tal-finali bi ftit pins għal Montanaro, Mallia kellu sensiela tajba  ta’ tliet logħbiet ta’ aktar minn 200,  u b’hekk ħa lura l-vantaġġ u žammu sal-aħħar tas-seba’ logħba, biex spiċċa quddiem  Samuel Caruso li tela’ mis-sitt  post għat-tieni post , filwaqt li Montanaro temm fit-tielet post. Nicholas Falzon spiċċa r-raba’, quddiem David Fenech, Daniel Ricciari, Bjorn Tabone u Alan Ciantar li kiseb it-tmien post.

Fil-kompetizzjoni femminili, Fenech kwalifikat fit-tieni post eżatt wara Jade Barbara, u lagħbet kontra tagħha fl-ewwel logħba tat-top 8 round robin, fejn rebħet din il-logħba u marret  fl-ewwel post. Fenech qatt ma ħarset lura u rebħet ħamsa minn seba’ logħbiet biex baqgħet fil-quċċata sal-aħħar, b’Amanda Cini titla’ mit-tielet post għat-tieni post, quddiem Celianne Micallef li wkoll rebħet ħames logħbiet u kisbet oħra draw, biex sparat  mis-sitt post għat-tielet post. Ruslana Grima temmet fir-raba’ post, quddiem Liliana Spiteri, Jade Barbara, Donna Vella u Sandra Xuereb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport