Sunday, November 24, 2024

Katrina Micallef tar-Royal Malta Yacht Club tipproduċi riżultat tajjeb ieħor fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ ILCA 6 – U19

Aqra wkoll

Staġun eċċitanti ta’ kompetizzjoni internazzjonali ġie fi tmiemu meta t-tim ILCA tar-Royal Malta Yacht Club (RMYC) ikkompetiet fil-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ ILCA 6 U19 f’Bangor, l-Irlanda ta’ Fuq. L-avveniment sar bejn is-27 ta’ Lulju u t-3 ta’ Awwissu 2024.

Immarkat minn preparazzjoni estensiva biex jippreparaw għall-aħħar vjaġġ tagħhom għall-istaġun it-tim rahom jikkompeti b’mod estensiv biex jiksbu l-akbar esperjenza possibbli.

Bangor wera li kien post ta’ sfida għall-baħrin Maltin li kienu ffaċċjati b’ostakli addizzjonali li mhumiex imdorrijin għalihom f’nofs is-sajf – temp kiesaħ,  bix-xita flimkien ma’ kurrenti kumplessi,  u effetti tar-riħ li l-Bajja ta’ Belfast hija magħrufa għalihom.

Minkejja dan, il-baħrin Maltin esperjenzaw mumenti kemm eċċitanti kif ukoll diżappuntanti, iżda b’mod ġenerali, it-tim għamel prestazzjoni tajba ħafna u wera titjib sinifikanti fuq l-istaġuni preċedenti.

Katrina Micallef, friska minn midalja tal-Bronz fl-ILCA 4 Youth Worlds f’Ġunju, għal darb’oħra spikkat b’wirja b’sahhita fil-Klassi ILCA 6, fejn ghamlet ritorn f’din il-klassi li hija wkoll il-Klassi Olimpika tan-Nisa. Micallef spiċċat l-ħames fil-Grupp ta’ Età U17 u fit-13-il post fil-klassifika generali minn 111-il kompetitur. Micallef wriet il-kapaċità tagħha li tadatta malajr għal sfidi ġodda filwaqt li timmira u tikseb l-aqwa prestazzjonijiet.

Jingħaqad mal-Flotta tal-RMYC kien Ben Vassallo mill-Malta Young Sailors’ Club, li ta l-aqwa prestazzjoni mit-tim Malti fil-flotta tas-subien.  Vassallo spiċċa fil-Flotta tad-Deheb u fit-43 post ġenerali minn flotta b’esperjenza kbira mghamula minn 247 tifel. Minkejja bandiera sewda li waqgħet b’mod sinifikanti l-pożizzjoni ġenerali tiegħu, Vassallo kiser ir-rekord nazzjonali preċedenti f’dan l-Grupp ta’ Eta , li ġie stabbilit fl-2023 minn Matthew Flores (RMYC), u spiċċa fis-57 post fil-Gold Fleet.

Minkejja li kien ippreparat tajjeb u kien immirat għal riżultat ogħla mill-prestazzjoni tiegħu fl-2023, Tomek Vaccaro għamel ftit żbalji li swewlu fil-korsa tal-ftuħ. Dan rriżulta f’żewġ penalitajiet mill-ġurija u t-tqegħid tiegħu fil-flotta Bronz. Vaccaro spiċċa fil-128 post minn 247 atleta.

Poyraz Fidanboy spiċċa fil-203 post u fis-66 post fil-grupp ta’ età U17. Atleta ieħor li rċieva penalties waqt is-serje tal-ftuħ, Fidanboy spiċċa fil-flotta Emerald. Għalkemm mhux l-aqwa rizultat possibbli tiegħu, din il-prestazzjoni tistabbilixxi pedament għall-2024, bil-għan li jitghallem mill-iżbalji fil-perjodu ta’ tahrig li jmiss.

“B’mod ġenerali, it-tim Malti tal-ILCA ta’ prestazzjoni soda fl-2024, kiseb esperjenza siewja u ħa motivazzjoni u ispirazzjoni mill-akbar avveniment sportiv attwali, il-Logħob Olimpiku. It-tim issa huwa ffukat biex jistabbilixxi l-miri tiegħu għall-istaġun 2025 b’ħafna xogħol iebes quddiemu” ikkummenta Alex Denisciuc, RMYC Sailing School Coach li akkumpanja lit-tim għall-avveniment.

It-Tim esprima l-gratitudni tiegħu għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għamlu Sport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti, il-Malta Sailing Federation u r-Royal Malta Yacht Club talli għamlu possibbli dawn l-opportunitajiet li qed juru li Malta tista’ tħalli marka sinifikanti fl-isport tal-ibburdjar fid-dinja.

Sport