Saturday, December 21, 2024

Kawża ta’ malafama kontra l-Professur Kevin Cassar u Rev. Joe Borg

Aqra wkoll

L-Avukat Andy Ellul fetaħ kawża ta’ malafama fil-konfront tal-Professur Kevin Cassar u l-Editur ta’ Newsbook ir-Reverendu Joe Borg. 

Ellul stqarr ma’ dan is-sit li għalkemm huwa persuna tolleranti ħafna u jaċċetta bis-sħiħ kwalunkwe kritika kostruttiva, u li m’għandna qatt naqgħu għall-provokazzjoni, min-naħa l-oħra ma jistax jaċċetta dan it-tip ta’ diskors.

“M’għandna qatt naqgħu għall-provokazzjoni ta’ wħud li l-aġenda tagħhom hija biss li jtappnu r-reputazzjoni ta’ kull min iħaddan twemmin Laburista, iżda min-naħa l-oħra jien mhux se naċċetta kummenti malafamanti bħal dawn,” qal l-Avukat Andy Ellul. 

L-Avukat Andy Ellul qal ukoll li għalkemm ġieli kien suġġett ta’ kitbiet fi blogs oħra, huwa qatt ma fetaħ libell minkejja li kellu għalfejn. “Mhux ġust li għaliex tkun fil-ħajja pubblika u tipprova tagħti sehmek tiġi mgħajjar ‘nazzist’. Bil-mibegħda ma naslu mkien”, tenna Dr Ellul.  

Huwa qal li kwalunkwe danni li jirċievi se ikun qiegħed jgħaddihom lura pubblikament f’karità u jkun lest li jirtira l-kawża kemm-il darba jkun hemm apoloġija pubblika. L-istess kawża kienet miftuħa wkoll flimkien mal-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba u Karl Stagno Navarra.

Ekonomija

Sport