Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, minn 583 swab test li saru kien hemm każ wieħed ta’ persuna li rriżultat fil-pożittiv.
Il-każ ġdid huwa persuna li ġiet f’kuntatt ma’ persuna oħra li kienet infettata bil-virus.
Kien hemm żewġ persuni li fiequ u b’hekk il-każi attivi niżlu għal erbgħa.