Monday, December 23, 2024

Każ ġdid … Il-persuna bdiet turi s-sintomi xi jiem wara li rritornat mis-safar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornamenti b’rabta mal-covid-19, fl-aħħar sigħat kellna każ ġdid tal-virus f’pajjiżna.

Minn 848 swab tests li saru kien hemm każ wieħed li rriżulta pożittiv. Il-każ huwa każ impurtat fejn il-persuna involuta bdiet turi sintomi ftit jiem wara li rritornat mis-safar. L-awtoritajiet ikkonfermaw li minnufih bdew bil-contact tracing.

B’hekk wara numru ta’ ġranet mingħajr l-ebda każ ġdid reġistrat, issa l-każi attivi jammontaw għal erbgħa.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/180534230331795
Ekonomija

Sport