L-awtoritajiet tas-saħħa rrapportaw li llum żdied każ ġdid ta’ COVID-19 li ġie importat minn barra minn Malta permezz ta’ titjira ta’ ripatrijazzjoni.
Fl-istess, waqt ġie rrapportat li fieqet persuna oħra u għalhekk it-total ta’ persuna morda bil-Coronavirus għadu dak ta’ 11-il persuna.
Fl-aħħar 24 siegħa saru 930 swab test, filwaqt li b’kollox saru 103,324 test.