Monday, November 18, 2024

“Każ serju” ta’ self harm imwaqqaf fil-ħin minn żewġ żgħażagħ

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sorsi qrib l-Isptar Monte Carmeli infurmaw lil talk.mt li fl-aħħar jiem twaqqaf fil-ħin dak li qed jitqies bħala ‘każ serju’ ta’ self harm. Talk.mt hi infurmata li dan il-każ li kien jinvolvi tfajla twaqqaf fil-ħin minn żewġ żgħażagħ oħra rikoverati fl-istess sptar.

Talk.mt staqsiet lill-Ministeru għas-Saħħa dwar dan l-każ fl-Isptar Monte Carmeli u jpassi kienu qed jittieħdu.  Il-Ministeru wieġeb billi qal li “l-Ministeru għas-Saħħa ma jistax jagħti dettalji dwar pazjenti rikoverati fl-isptar, f’dan il-każ Mount Carmel.  Peró tajjeb tkun taf li f’kull każ ta’ attentat ta’ self harm hemm proċedura li tkun segwita. Fosthom li jinkiteb ‘incident report’ mill-professjonist mediku li jkun qed isegwi lill-pazjent, liema rapport mbagħad ikun riferut lill-bord maħtur biex jevalwa l-każi b’mod individwali.”

Ekonomija

Sport