Matul l-aħħar 24 siegħa kien irreġistrat każ ta’ persuna pożittiva għall-Covid-19. Il-każ irriżulta minn numru sostanzjali ta’ swab tests (1,114), li wasslu biex it-total kumplessiv ta’ swab tests mill-bidu tal-pandemija issa jammonta għal 116,909.
Intant il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li l-każ tal-lum huwa wieħed ta’ trasmissjoni lokali, u sporadiku. Il-persuna li rriżultat pożittiva kienet ukoll sintomatika għall-coronavirus.
Dan wassal biex it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna issa tela’ għal sitta, b’680 każ jiġu reġistrati mill-bidu tal-pandemija. Minn dawn irkupraw 665 persuna, filwaqt li kien hemm disa’ vittmi.