Thursday, December 26, 2024

Każ wieħed biss ta’ Covid19; ħadd ma jirkupra

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-Ħadd feġġ każ wieħed biss ġdid marbut mal-Covid19 waqt li ma kien hemm ebda persuna li rkuprat.

Il-każ ġdid, li kien fuq persuna li ma wriet ebda sintomu, feġġ minn 768 swab li saru fl-24 siegħa ta’ qabel li tellgħu t-total ta’ swabs għal 88,230.

B’kollox kienu 665 il-persuni li laqtu l-virus mindu daħal fil-pajjiż b’616 irkupraw u disgħa li mietu biex il-każijiet attivi huma 40.

Ekonomija

Sport