Tuesday, June 17, 2025

“Kbirt ma’ Puttinu Cares” 

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

“L-istess post… Żminjiet differenti. Vjaġġ minn esperjenza għal skop fil-ħajja”. Hekk kitbet tfajla li ġiet mgħejjuna minn Puttinu Cares. Hija ħadet iż-żewġ ritratti fl-istess post – iż-zoo ta’ Londra. Spjegat kif dawn ir-ritratti jirriflettu perjodi differenti f’ħajjitha – storja li bdiet bi sfidi personali u waslu għal skop f’ħajjitha u biex tikkontribwixxi. 

Din il-pazjenti milquta bil-kanċer sostniet kif “kbirt ma’ Puttinu Cares. Ma tawniex biss sostenn fl-aktar mumenti diffiċli, imma anke rabbewni. Għallmuni valuri u kapaċitajiet li ebda post tax-xogħol ieħor ma jagħtik. Skoprejt l-imħabba għall-produzzjoni, iggwidata mill-aqwa mentors fil-gżira – Peppi, Mandy, Anita, Angie u t-tim tant iddedikat tagħom. Wara kull pass li għamilt kien hemm Rennie u Angie li l-ħidma mimlija ħeġġa u kontinwa tagħhom tkompli tiftaħ bibien lill-ammont kbir ta’ familji. Grazzi għax-xogħol tagħhom Puttinu għandu bini ġdid fiċ-ċentru ta’ Londra u ngħataw permess biex jespanduh. Għajnuna vitali għal tant nies”.

Hija rrakkontat kif ħafna nies jistaqsuha minn fejn tiġi s-saħħa tagħha u tgħid li din tiġi mill-vjaġġ, mit-tbatija u mill-iskop ġdid li ġie wara. “Kif ukoll mit-tim li qatt ma qata’ qalbu minni. Ma jaqtgħu qalbhom minn ħadd. Din l-organizzazzjoni hija aktar minn sempliċi organizzazzjoni li tiġbor fondi. Tagħti tama, dar u sostenn b’imħabba lil ħafna familji li l-aktar jeħtieġu, lil dawk li għadhom jiffaċċjaw battalji speċjalment dawk ‘il bogħod mid-dar,” tennet din il-pazjenta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport