Sunday, December 22, 2024

Kburi b’dan it-team kiseb il-promozzjoni għas-Serie A2 – Steven Luotto (kowċ ta’ Roma Vis Nova fl-Italja)

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet il-passjoni tiegħek għall-waterpolo?

Minn meta kont żgħir dejjem kont marbut mal-ilma u l-għawm. Ta’ 13-il sena kelli x-xorti li nibda nilgħab dan l-isport mill-isbaħ u sal-età ta’ 21 sena komplejt bla waqfien, u mbagħad bdejt nikkowċja. Dejjem kont inħobb l-għawm u fuq kollox insegwi l-isport li jinvolvi tim u sibt il-kombinazzjoni perfetta mal-waterpolo.

Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala kowċ ta’ Roma Vis Nova.

Dan kien l-ewwel staġun tiegħi mal-klabb ta’ Roma Vis Nova u l-ħdax bħala kowċ. Minbarra li nkun il-kowċ tal-ewwel tim u tal-juniors, nikkordina s-settur kollu tan-nisa, flimkien mal-kollegi tiegħi. Il-klabb għandu l-kategoriji kollha taż-żgħażagħ li jikkompetu fil-kampjonati reġjonali tal-Lazio u wkoll barra mir-reġjun, ibbażati f’Ruma, Monterotondo u Campagnano. Għandi xorti li naħdem flimkien mal-kowċis tas-settur tal-irġiel mal-ewwel tim fis-Serie A1 u l-kategoriji kollha taż-żgħażagħ fl-ogħla brackets nazzjonali._

X’tista’ tgħidilna dwar il-promozzjoni għas-Serie A2?

Ninsab tassew kburi li segwejt lil dan il-grupp mill-aqwa sakemm rebħu u kisbu l-promozzjoni għas-Serie A2. It-tim huwa żagħżugħ iżda wera impenn kbir matul is-sena. Il-Play-Offs ma kinux faċli iżda l-atleti qatt ma qatgħu qalbhom u nkisbu tliet rebħiet importanti, u komplew jikbru f’kull partita. Minn tmiem il-kampjonat regolari kellna kważi xahar biex nippreparaw għall-finali u kien l-aktar perjodu importanti fejn ħadna ħsieb id-dettalji tekniċi u fiżiċi kollha.

X’tista’ tgħidilna dwar il-plejer Maltija, Kaia Agius?

Kaia hija tifla ferm brava u ninsab tassew kuntent li bħala l-ewwel esperjenza tagħha ta’ “bogħod mid-dar” għażlet li jkollha miegħi u ma’ Roma Vis Nova. Immedjatament ingħaqdet ma’ sħabha u mal-belt ta’ Ruma, taħdem ħafna kuljum u ppruvat il-waterpolo li kien ftit differenti minn dak li kienet imdorrija għalih. Tjiebet ħafna minn kull aspett u l-emfażi tpoġġiet fuq il-fażi difensiva aktar milli fuq l-attakk. Tat għajnuna kbira lit-tim, għandha xutt mill-aqwa, li kien ukoll ta’ stimolu għal sħabha u ċert li din l-esperjenza se tibqa’ magħha għal ħajjitha kollha.

Kif qed tara l-futur qrib? Irridu nippreparaw mill-aħjar li nistgħu biex niffaċċjaw il-kampjonat futur tas-Serie A2, li se jkun f’livell totalment differenti meta mqabbel ma’ dak li ntlagħab din is-sena. Kif diġà semmejt, il-grupp huwa wieħed żagħżugħ u jrid jikseb ħafna esperjenza, iżda s-soċjetá tipproteġi u tieħu ħsieb is-settur femminili kollu, bħal dak maskili, u waqqafna lilna nfusna l-għan li nikbru b’mod sostanzjali mill-ewwel tim tal-A2 sal-kategorija taż-żgħażagħ. Se jieħu ż-żmien imma bdejna tajjeb ħafna b’dan l-istaġun. Jien kunfidenti ħafna u t-tfajliet lesti jgħollu l-livell kuljum u kull sessjoni ta’ taħriġ, flimkien

Ekonomija

Sport