Sunday, May 19, 2024

“Kburi li kont fost dawk li mbuttaw biex il-Bambin inħareġ f’diversi rħula”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Rebaħ is-sens komun u rebħet il-kultura u l-kult tagħna l-Maltin. Xahar sħiħ inwasslu l-messaġġ. Komplejna nimbuttaw fuq il-mdja u bħali oħrajn fosthom l-Arċipriet ta’ Ħal Qormi Fr Mangion u l-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien Fr Christ u dak tal-Isla Fr Robin Camilleri. Kien hemm oħrajn li emmnu fil-kawża, iżda kien hemm uħud qalulna qed tiġġieldu ġlieda mitlufa jew li qed inparlaw żejjed. Ir-itratti u l-filmati li qed jitilghu fuq il-midja llejla jagħtuna raġun għax id-dimostrazzjoni bil-Bambin saret”, sostna dan Brian Bonnici; is-Segretarju tal-Każin Banda San Filep f’Ħaż-Żebbuġ.

Bonnici qal li jinsab ferħan li kien parti min dawk li mbottaw kemm felħu biex dan isir bħalma seħħ għall-ewwel darba 100 Sena ilu. Dan hekk kif f’diversi rħula madwar pajjiżna lbieraħ ħarġet il-purċissjoni tal-Bambin skont il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Ftit tal-ġimgħat ilu kien għad hawn inċertezzi dwar jekk dawn il-purċissjonijiet kinux se jsiru din is-sena minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet u ċertu miżuri li bħal donnhom ma kinux jippermettu tali attività. Intant f’konferenza tal-aħbarijiet li għamel id-DPM Chris Fearne fl-aħħar jiem ikkonferma li dawk l-attivitajiet jistgħu jsiru skont il-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa li jinkludu fost l-oħrajn l-ilbies obbligatorju tal-maskra u ż-żamma tad-distanza soċjali fost dawk preżenti.

Sport