Thursday, July 3, 2025

‘Kburi li nifforma parti mit-tim nazzjonali … nemmen li għandna ċans nuru l-kapaċitajiet tagħna fil-Kampjonat Ewropew’ – Jake Colombo

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo?

L-esperjenza tiegħi fil-waterpolo bdiet minħabba l-għawm, imbagħad bdejt insegwi plejers oħra tal-waterpolo u ppruvajt l-isport.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Valletta United Waterpolo Club.

Bħalissa, l-esperjenza tiegħi ma’ Valletta United hija waħda sempliċi, għamilt ħbieb ġodda, u barra minn hekk, l-intensità fit-training hija għolja. B’dan il-mod, nista’ nitjieb.

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Joe Cremona?

Il-kowċ, Joe Cremona, jagħti qalbu ghat t-tim u l-klabb. kif ukoll juri l-passjoni tiegħu b’mod ċar.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal-Waterpolo tal-Youths, u kif qed tħares lejn il-Kampjonati Ewropej ta’ taħ is-16-il sena f’Istanbul bejn is-7 u t-13 ta’ Lulju?

Li nkun parti mit-tim nazzjonali dejjem ikun mument speċjali u esperjenza tajba. Jien kburi li nifforma parti minn dan it-tim, u nemmen li għandna ċans nuru l-kapaċitajiet tagħna fil-Kampjonat Ewropew.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo?

Meta nħares lejn il-futur, jiġini l-għatx biex nilgħab fil-Premier kif ukoll barra minn Malta. Nemmen li biex nasal hemm, irrid nibqa’ naħdem iebes u nitjieb kontinwament. Il-futur tiegħi jiddependi minn kemm naħdem fil-preżent.

Għaddi messaġġ finali lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-waterpolo.

Messaġġ lil dawk li jixtiequ jkollom karriera fil-waterpolo: ħaġa waħda biss, trid taħdem bis-serjetà, u tħarreġ bl-enerġija kollha biex tasal fejn trid!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport