Wednesday, March 4, 2026

‘Kburija bil-fatt li rnexxieli nirbaħ it-titlu tal-Women’s Singles għas-sitt sena infila … kisba li tfisser ħafna għalija fuq livell personali’ – Francesca Clark

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Il-Ħadd li għadda ġew fi tmiemhom il-kampjonati nazzjonali tal-Badminton fejn kienu assenjati l-ħames titli nazzjonali, dawk tas-singles u d-doubles, tal-irġiel u n-nisa, kif ukoll il-mixed doubles.

Fis-singles tal-irġiel Matthew Abela rebaħ dan it-titlu għall-għaxar darba wara li għeleb lil Sam Cassar 21-17, 21-13. Samuel Calì u Nigel Degaetano waslu sas-semi finali.

Fis-singles tan-nisa suċċess għal Francesca Clark li rebħet it-titlu Nazzjonali wara li għelbet lil Lauren Azzopardi 21-16, 21-12. Emily Abela u Elenia Haber waslu sas-semi finali.

Fid-doubles tal-irġiel Mark Abela u Sam Cassar rebħu din il-kategorija wara logħba kumbattuta fuq 3 games fejn huma għelbu lil Matthew Abela u Matthew Galea 19-21, 21-11, 22-20.

Id-doubles tan-nisa wkoll kellha finali nteressanti u kienet deċiża fit-tielet game. Il-koppjaLauren Azzopardi u Elenia Haber rebħu dat-titlu minkejja li tilfu l-ewwel game iżda rnexxielhom jegħlbu lill-koppja Francesca Clark u Martina Clark 10-21, 23-21, 21-14. tilfu l-ewwel game iżda mbgħad rebħu lil Francesca Clark u Martina Clark, 10-21, 23-21, 21-14.

Fil-mixed doubles success għall-koppja Francesca Clark u Sam Cassar li fil-final għelbu lil Elenia Haber u Matthew Abela f’żewġ games 21-12 u 21-6.

Intant dan is-sit tkellem ma’ Francesca Clark rigward dan is-suċċess li ksibet fejn qalet: “Ninsab kuntenta immens bir-riżultat li ksibt. Il-kompetizzjoni qed issir dejjem aktar diffiċli minn sena għall-oħra, peró kburija bil-fatt li rnexxieli nirbaħ it-titlu tal-Women’s Singles għas-sitt sena infila – kisba li tfisser ħafna għalija fuq livell personali. Barra minn hekk, flimkien ma’ Samuel Cassar, irbaħna ukoll it titlu tal-Mixed Doubles għas-seba darba, suċċess li jkompli juri d-dedikazzjoni u x-xogħol iebes li nagħmlu sena wara sena.”

“Kuntenta wkoll bil-prestazzjoni fil-finali tal-Women’s Doubles flimkien ma’ oħti ż-żgħira Martina, fejn spiċċajna fit-tieni post. Din kienet esperjenza li se tgħina nikbru bħala atleti. Nixtieq nieħu l-opportunita biex nirringrazzja lil Badminton Malta, SportMalta, il-Kumitat Olimpiku Malti, lill-ħbieb u lill-familjari għall-għajnuna u s-sosten tagħhom.:

.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport